Il-Prim Ministru Jemmen Fil-Ħtieġa Li Jiżdiedu L-Multi Sabiex Kulħadd Jobdi R-Restrizzjonijiet

 Il-Prim Ministru Jemmen Fil-Ħtieġa Li Jiżdiedu L-Multi Sabiex Kulħadd Jobdi R-Restrizzjonijiet

Il-Prim Ministru Robert Abela ħabbar li għaddejjin diskussjonijiet kontinwi mal-awtoritajiet ikkonċernati, primarjament tas-saħħa, sabiex l-infurzar ikompli jissaħħaħ.

Fil-Parlament, huwa qal li jinsab favur li jkun hemm żieda fil-multi bil-għan li kulħadd jimxi mar-ristrezzjonijiet li hemm diġa fis-seħħ.

Dan filwaqt li se jkun hemm tisħiħ fir-riżorsi tal-awtoritajiet tas-saħħa.

Abela nnota li f’din l-aħħar sena, huwa ħadem kemm felaħ biex is-saħħa, il-ħajja u l-ekonomija jkunu protetti.

Social Media Auto Publish Powered By : XYZScripts.com