Il-Professur Alfred Vella Maħtur Mill-Ġdid Bħala R-Rettur Tal-Università Ta’ Malta

Il-Professur Alfred Vella ġie kkonfermat mill-Kunsill tal-Università ta’ Malta bħala r-Rettur tal-istess istituzzjoni edukattiva, u se jkun qed imexxiha għal ħames snin oħra.
Għal din il-kariga, il-membri tal-Kunsill innominaw żewġ persuni: lill-Professur Alfred Vella u lill-Professur Frank Bezzina, li huwa d-Dekan tal-Fakulta tal-Ekonomija, Management u Accountancy.
Wara li ż-żewġ kandidati taw preżentazzjoni fuq il-futur tal-Università, il-Professur Vella ġie elett permezz tal-vot li ttieħed.
It-tieni terminu tiegħu se jibda fl-ewwel ta’ Lulju.
Ritratt: MaltaToday