Il-Vaċċin Qed Inaqqas L-Imwiet Iżda F’Malta 6 Mietu Bil-Covid-19 Minkejja Li Ħadu Ż-Żewġ Dożi

 Il-Vaċċin Qed Inaqqas L-Imwiet Iżda F’Malta 6 Mietu Bil-Covid-19 Minkejja Li Ħadu Ż-Żewġ Dożi

Waqt il-konferenza tal-aħbarijiet tal-lum indirizzata minn Prof Charmaine Gauci, ingħad li minkejja li b’mod ġenerali it-tilqim qed inaqqas l-imwiet fost dawk li jimirdu bil-coranavirus, jidher li f’Malta kellna 6 mwiet ta’ persuni li kienu ħadu anki t-tieni tilqima tal-vaċċin.

Dan ifisser li wara li persuna tirċievi d-doża sħiħa tat-tilqima hija jkollha l-ogħla protezzjoni possibbli, iżda dan ma jfissirx li tkun kompletament immuni għall-virus u b’hekk ikun jeħtieġ li tibqa’ tosserva l-miżuri.

Sa issa huma 50,000 dawk li rċievew iż-żewġ dożi tal-vaċċin, filwaqt li 166,000 irċievew l-ewwel doża.

 

Social Media Auto Publish Powered By : XYZScripts.com