Il-Virus Li Jikkawża L-Irjiħat Komuni Jista’ Joqtol Il-Coronavirus Miċ-Ċelloli Tal-Ġisem

 Il-Virus Li Jikkawża L-Irjiħat Komuni Jista’ Joqtol Il-Coronavirus Miċ-Ċelloli Tal-Ġisem

Riċerkaturi mill-Università ta’ Glasgow qed jgħidu li l-virus li jikkawża l-irjiħat komuni jista’ effettivament joqtol lill-virus tal-Covid miċ-ċelloli tal-ġisem.

Jidher li meta l-ġisem ikollu fih aktar minn virus wieħed, huma jikkompetu bejniethom sabiex jikkawżaw infezzjoni fil-ġisem. Dawn ix-xjentisti sabu indikazzjonijiet ċari li juru li l-virus li jikkawża l-irjiħat komuni għandu t-tendenza li jegħleb lill-coronavirus, u dan jista’ jgħin biex jitrażżan l-effett tal-coronavirus fuq il-ġisem.

Sors tal-informazzjoni mill-Università ta’ Glasgow: https://www.gla.ac.uk/research/coronavirus/headline_781603_en.html

 

 

Social Media Auto Publish Powered By : XYZScripts.com