“Ilbieraħ Mort Nara Lil Ommi U Qaltli ‘Oħorġuni Minn Hawn’ ” – Bernard Grech
Mill-Belt Kapitali Valletta, il-Kap tal-Oppożizzjoni u Kap tal-Partit Nazzjonalista ħa sehem f’diskussjoni li xxandret live fuq il-media tal-PN.
Dwar il-miżuri l-ġodda li ħabbru l-awtoritajiet ts-saħħa dalgħodu, Grech qal li l-oppożizzjoni ilha tinsisti li rridu nkunu maturi u serji fejn tidħol il-pandemija. “Ma nistawx inħarsu lejn il-pandemija b’mod ċiniku biex nirbħulha.”
Grech fakkar kif f’Ottubru li għadda kien insista li kien hemm bżonn isir screening fl-ajruport ta’ pajjiżna fost il-miżuri sabiex din il-pandemija tkun ikkontrollata. Fakkar ukoll li fil-bidu ta’ Diċembru meta beda jissemma l-varjant, mill-ġdid kien insista li jsir screening fl-ajruport sabiex nevitaw li jkollna dan il-varjant li kien ġej minn pajjiżi oħra għal pajjiżna. Il-Kap tal-Oppozizzoni jgħid li persuni li kienu jiġu minn Sqallija ma kinux qed jiġu ttestjati ħlief li jiċċekjawlhom it-temperatura.
Illum għandna konferma li partikolarment bil-miżuri ġodda, saħanistra li hemm bżonn isir ċertifikat li m’għandekx covid qabel tidħol f’pajjizna. Kien hemm bżonn li dan sar qabel mal-pandemija daħlet sew u għamlet ħsara lin-negozji, anzjani u familji u intilfu diversi ħajjiet.’ Grech qal li diversi anzjani għajjew b’din is-sitwazzjoni imsakkrin gewwa u semma li l-bieraħ waqt żjara li għamel lil Ommu, hi talbitu sabiex joħorġuha.
Il-Kap tal-PN jkompli dwar il-pandemija u semma li sabiex jintlaħaq is-suċċess meħtieġ hemm bżonn li:-
- nilħqu l-herd immunity
- jiġu applikati miżuri f’ħinhom u f’waqthom
- li lkoll nifhmu li għandna responsabilita għal ħajja ta’ xulxin
Il-Kap tal-Oppożizzjoni laqa’ b’sodisfazzjon l-indikazzjonijiet pożittivi li ħarġu dalgħodu fir-rigward tal-moneyval. Jgħid li f’isem l-oppożizzjoni tkellem dwar dan u saħaq biex ma niġux f’sitwazzjoni li jkollhom jiddaħħlu piżijiet żejda fuq il-familji.
Grech jgħid li sar jaf b’numru ta’ persuni li jħaddmu n-nies magħhom fil-qasam privat, isselfu l-flus sabiex ikun jistgħu jħallasu lill-ħaddiema tagħhom sabiex iżommuhom magħhom għal meta tirritorna n-normalità.
Fl-istess waqt jgħid li l-gvern lill-istess frontliners, meta l-aktar li għandu bżonnhom qed jitrattahom b’mod ħażin u għalhekk jgħid li hemm bżonn paġna ġdida li tagħti l-opportunità li l-ħaddiem għal gvern huwa valur. Grech jgħid li għal Prim Ministru, aħna tal-Oppozizzjoni ‘cheap‘. Iżda Grech jibża li għal gvern il-frontliners huma ‘cheap‘.
Intant, illum il-Partit Nazzjonalista se jkun qed jorganizza Maratona ġbir ta’ fondi, mis-2pm ‘l quddiem.
Ritratt: Facebook/ Bernard Grech (Robert Agius)