“Illum Ingħatajt Nitfa Kumpens Għat-Tbatijiet U L-Inġustizzji Li Soffrejt”
Wara li ħarġet l-aħbar li Emanuel Camilleri rebaħ kumpens ta’ €23,000, ikkumenta l-Ispettur Sandro Camilleri.
Dan tal-aħħar kien investiga l-każ, li wassal biex huwa jinħeles mill-arrest wara kważi 400 jum.
L-Ispettur Camilleri qal li Emanuel ħa nitfa kumpens meta mqabbel mat-tbatijiet u l-inġustizzji li sofra.
Żied li jinsab ferħan ħafna għalih, filwaqt li huwa kburi li rnexxielu jipprova l-innoċenza tal-istess Emanuel.
Innota li minkejja li bata biex għamel dan, huwa ma qata’ qalbu qatt għax emmen fl-innoċenza ta’ Emanuel Camilleri.
Ritratti: Sandro Camilleri (Facebook)