Illum Jagħlaq Sninu Simon Busuttil
Illum 21 ta’ Marzu jagħlaq sninu l-eks Kap tal-Partit Nazzjonalista Simon Busuttil. Busuttil twieled bħal illum fl-1969.
Fl-1992, Busuttil kien maħtur bħala l-kap tal-uffiċju tal-informazzjoni bi preparazzjoni għad-dħul ta’ Malta fl-Unjoni Ewropeja. Fl-2004 ġie elett bħala Membru Parlamentari Ewropew dakinhar bl-akbar ammont ta’ voti; 58,899 vot. Huwa reġa ġie elett fl-2009 dakinhar bi 68,782 vot. F’Novembru tal-2012 huwa ħa post Tonio Borg bħala Deputat Kap tal-Partit Nazzjonalista sabiex wara l-elezzjoni tal-2013 inħatar Kap tal-Partit Nazzjonalista.
Wara t-telfa elettorali tal-2017, liema elezzjoni rebaħ il-Partit Laburista b’maġġoranza ta’ ‘il fuq minn 35,280 vot fuq il-koalizzjoni bejn il-Partit Nazzjonalista u l-Partit Demokratiku, Simon Busutill irreżenja minn Kap tal-Partit Nazzjonalista.
Illum Simon Busutil jokkupa l-kariga ta’ Segretarju Ġenerali tal-Grupp tal-Popolari Ewropej.