Illum Jum Id-Duluri… Hawn ħafna Jbatu Bla Ma Juru

 Illum Jum Id-Duluri… Hawn ħafna Jbatu Bla Ma Juru

Illum huwa Jum id-Duluri. Insejħula l-festa tagħha u hawn min din il-kelma ma tgħoġbux għaliex festa hija ċelebrazzjoni mentri l-jum tal-lum, ifakkarna f’kemm tbatijiet għaddiet minnhom il-Madonna.

Però, iva, hija festa. Festa ta’ rispett u ħsieb. Kemm hawn tbatijiet fid-dinja bla ma nindunaw! Spiss inħobbu ngħidu lil xulxin “Int għandek kollox, xi trid iżjed?”

Imma tajjeb li naħsbu ftit, għaliex mhux dak li jidher minn barra jgħodd, iżda dak li għaddej fil-moħħ u fil-qalb.

Bħal-lejla, it-toroq Maltin u Għawdxin kienu jimtlew b’eluf ta’ nies ġejjin minn kull faxxa tas-soċjetà … imma lkoll bi ħsieb wieħed; dak li jirrelataw ħajjithom ma’ dak li għaddiet din il-mara, li hija rrispettata tista’ tgħid, mhux biss min-nies li jħaddnu r-reliġjon Kattolika imma anke minn reliġjonijiet differenti.

Social Media Auto Publish Powered By : XYZScripts.com