“… Imbagħad Hemm Ommi Li Rabbietna Waħedha …” – Il-Ministru Byron Camilleri

 “… Imbagħad Hemm Ommi Li Rabbietna Waħedha …” – Il-Ministru Byron Camilleri

Il-Ministru tal-Intern, is-Sigurtà Nazzjonali u l-Infurzar tal-Liġi Dr. Byron Camilleri tella’ filmat ħelu fuq il-midja soċjali tiegħu b’tislima ta’ rispett lejn in-nisa kollha speċjalment għal ommu u n-nanna tiegħu.

Fakkar fil-memorja tiegħu tal-passat fl-għalqa sempliċi bejn il-Fgura u Ħaż-Żabbar li kien iqatta’ ħafna ħin fiha flimkien man-nanna tiegħu.

Qal li ż-żewġ nanniet tiegħu għallmuh ħafna, fosthom li trid taħdem u tistinka sabiex tasal fejn wieħed ikun jixtieq u anke l-fatt li għandek tkun twajjeb ma’ kulħadd.

“Imbagħad hemm ommi, li rabbietna waħedha u għalija u għal ħija kienet tagħmel kollox… għalija l-importanti kien mhux biss li jkollna l-aqwa edukazzjoni imma wkoll l-aqwa ħajja possibbli seta’ jkollna”, tenna l-Ministru Camilleri,

Semma wkoll lil Salome; il-maħbuba tiegħu li dejjem hemm għalih anke meta jqatta’ ħafna sigħat barra minħabba xogħlu.

Awguri għal darb’oħra lin-nisa kollha u prosit Ministru tal-ħsieb umli tiegħek.

Social Media Auto Publish Powered By : XYZScripts.com