Imħabbra L-Finalisti Tal-Festival ‘Mużika Mużika’

 Imħabbra L-Finalisti Tal-Festival ‘Mużika Mużika’

It-12-il finalista li llejla se jkunu qed jikkompetu fil-finali tal-ewwel edizzjoni tal-festival ‘Mużika Mużika’ saru magħrufa l-Ġimgħa filgħaxija, fi tmiem it-tieni serata tal-istess festival.

B’kollox ħadu sehem 20 parteċipant li kkompetew flimkien ma’ numru ta’ kantanti stabbiliti, fejn interpretaw diversi kanzunetti tal-imgħoddi.

Il-festival ‘Mużika Mużika’, organizzat minn Festivals Malta u x-Xandir Nazzjonali, ġibed l-attenzjoni ta’ parti sostanzjali mill-popolazzjoni, hekk kif il-midja soċjali kienet mimlija kummenti ta’ apprezzament lejn il-festival innifsu u kif ukoll appoġġ lejn il-kantanti.

Il-finalisti huma dawn:

  • Fabrizio Faniello bil-kanzunetta ‘Fjamma’
  • Christian Arding bil-kanzunetta ‘Għajjejt Inħobb’
  • Danica Muscat bil- kanzunetta ‘Għażiż’
  • Glen Vella bil-kanzunetta ‘Ħarsa Biss’
  • Bernie & Pod bil-kanzunetta ‘Ħudni Lura’
  • Avenue Sky bil-kanzunetta ‘Kompli Tbissem’
  • Kantera bil-kanzunetta ‘L-Ewwel Jien’
  • Aidan bil-kanzunetta ‘Naħseb Fik’
  • Miguel Bonello bil-kanzunetta ‘Sinfonija Ħiemda’
  • Janice Mangion u George Curmi il-Puse’ bil-kanzunetta ‘Teżor’
  • Raquel bil-kanzunetta ‘Vizzju’
  • Franklin Calleja bil-kanzunetta ‘Warajk’

Ritratt: Mużika Mużika (Facebook)

Social Media Auto Publish Powered By : XYZScripts.com