In-Negozjatur Wara L-Kumpanija Macbridge Huwa L-Isem Wara L-Kumpanija Sigrieta Macbridge
It-Times of Malta flimkien ma’ Reuters u ġurnalisti oħra kixfu li wara l-kumpanija sigrieta Macbridge hemm Cheng Chen, il-persuna li għenet tinnegozja d-deals tal-Enemalta ma’ Shanghai Electric u tal-Montenegro.
Macbridge il-kumpanija kellha tgħaddi flus lill-eks Chief of Staff f’Kastilja, Keith Schembri u lill-ex Ministru Kontrad Mizzi, fil-kumpaniji sigrieti tagħhom, fil-Panama. Dan minbarra li kellhom jirċievu flus mingħand il-kumpanija sigrieta l-oħra 17 Black li hi tan-negozjant Yorgen Fenech, akkużat b’kompliċità fl-assassinju tal-ġurnalista Daphne Caruana Galizia.
Investigazzjonijiet ġurnalistiċi kienu żvelaw imejls minn Nexia BT, l-accountants tal-Ministru Konrad Mizzi u taċ-Chief of Staff Keith Schembri, li juru li Macbridge u 17 Black kienu se jgħaddu l-miljuni fil-kumpaniji fil-Panama ta’ Schembri u Mizzi.