Inċident Bejn Scooter U Vettura F’ Tal-Pietà
Illum, għall-ħabta tas-7.30, il-Pulizija kienet infurmata li seħħ inċident tat-traffiku fi Triq Clarence, Tal-Pietà.
Intqal li kien hemm impatt bejn e-kick scooter misjuq minn raġel mill-Bangladesh ta’ 37 sena residenti Tal-Pietà u Ford Transit Connect misjuq minn raġel ta’ 49 sena residenti Birkirkara.
Ir-raġel ta’ 37 sena ttieħed fiċ-Ċentru tas-Saħħa tal-Furjana u ġie ċċertifikat li qiegħed isofri minn ġrieħi gravi.
L-investigazzjonijiet tal-Pulizija għadhom għaddejjin.
Ritratt: 89.7 Bay