“Inħeġġeġ Lill-Pubbliku Jkun Ġeneruż Biex Nagħtu Ħajja Aħjar Lill-Annimali Fis-Sanwtarji” – Dr. Lydia Abela
Dalgħodu, mart il-Prim Ministru Dr. lydia Abela pparteċipat fil-‘breakfast show’ tal-89.7 Bay fejn saret it-tnedija tal-maratona ta’ 30 siegħa b’risq tliet għaqdiet li jaħdmu favur l-annimali.
Din l-inizjattiva ittieħdet minn Daniel u Ylenia li se jkunu għaddejjin bil-maratona bejn nhar il-Ġimgħa 2 u nhar is-Sibt 3 ta’ April 2021.
“Inħeġġeġ lill-pubbliku biex ikun ġeneruż ħalli lill-annimali li jgħixu fis-santwarji nagħtuhom ħajja li tixraqilhom”, tenniet is-Sinjura Abela.
Ġest sabiħ. Minn Stradarjali.com, nagħtukom is-sapport tagħna wkoll.