Inżilna Sew Fil-Każi Pożittivi … Jekk Nibqgħu Moħħna Hemm Se Ninżlu Iżjed!

 Inżilna Sew Fil-Każi Pożittivi … Jekk Nibqgħu Moħħna Hemm Se Ninżlu Iżjed!

Illum kien l-ewwel darba wara ġimgħat sħaħ b’numri għoljin, fejn anke l-ammont totali kien jaqbeż l-elf persuna bil-Covid-19.

Illum fuq il-paġna Saħħa tħabbar li nstabu 55 persuna bil-Covid-19 filwaqt li fiequ 286. L-ammont ta’ każi attivi b’mod totali huwa ta’ 899.

Fl-aħħar 24 siegħa mietu wkoll żewġ persuni oħra; raġel ta’ 78 sena u mara ta’ 83 sena fl-isptar Mater Dei.

B’kollox, ingħataw 186,111 vaċin li minnhom, 52,340 ħadu t-tieni doża.

Fl-aħħar 24 siegħa saru wkoll 2,086 swab test.

Ejjew nżommu moħħna hemm. Ġejjin il-festi tal-Għid u rridu nkomplu mexjin fit-triq it-tajba biex in-numri jibqgħu neżlin. Kuraġġ!

Ritratt: PAHO

Social Media Auto Publish Powered By : XYZScripts.com