It-Testment Ta’ Ġorġ L-Għannej Tal-Mulej

 It-Testment Ta’ Ġorġ L-Għannej Tal-Mulej

Rev Dr Joseph Zammit f’artiklu li kiteb fuq newsbook wara l-mewt ta’ Ġorġ l-Għannej tal-Mulej spjega li ma kienx jaf ħafna lil Ġorġ, iżda madwar sitt xhur ilu kellu x-xorti li jkun qrib tiegħu meta mar iżur qarib tal-familja fl-Isptar San Vinċenz fejn ukoll Ġorġ kien rikoverat dak iż-żmien.

Rev Joseph Zammit jispjega li kif kien maġenbu, Ġorġ mill-ewwel beda bit-taqbil u qallu “għidha lin-nies din”.

Dan huwa dak li Ġorġ xtaq lil Rev Dr Joseph Zammit biex ixerred:

“Minn qiegħ ta’ qalbi nirringrazzjak, u nsellimlek kull xħin narak, u l-Mulej ikompli jissodak”.
“U aħdem b’kuraġġ qawwi, għall-glorja tal-Mulej, għax int saċerdot tiegħu u taqta’ qalbek minn xejn”.
“Ilsienek iżejnek, jekk tajjeb tużah, ilsien kollu ħlewwa, kulħadd jammirah”.
“Snienek ibsin, ilsienek tari, jekk tużah tajjeb int qatt ma tagħli”.
“Jew tikber, jew tiċkien, skont kif tuża l-ilsien”.
“Kliem tajjeb u ħelu, kemm għandna x’nambuh, kliem morr u li jweġġa’, m’għandniex x’irriduh”.
“Żomm dejjem il-kalma, inkwiet m’hemmx għalfej, għax isbaħ mill-paċi, fid-dinja m’hawn xej”.
“Jien u inti qed nitkellmu, biex nieħdu pjaċir qrib xulxin, ħalli ngħixu ħajja kwieta, u nkunu dejjem ferħanin, għax id-dwejjaq għalina mhux tajbin”.
“Ġesù u Marija, tħallux dwejjaq jidħlu fija”.

Rev Joseph Zammit spjega li kif lesta, raddew is-Salib, u tah l-barka b’sinjal ta’ salib fuq moħħu. Imma Rev Joseph Zammit jispjega li ma felaħx ma jerġax jgħanni u mnalla għax ħallielna talba verament sabiħa: “Iġbidni lejk verġni Marija, u żommni umli bħal tarbija”, u mill-ġdid insista ma’ Rev Joseph Zammit biex din jgħida lin-nies.

U aħna wkoll llum qed naqsmu x-xewqa ta’ Ġorġ tal-Mużew.

Ritratt: Newsbook

 

 

Social Media Auto Publish Powered By : XYZScripts.com