“It-Tpespisa Tat-Tama” … Noti, Krib U Fwawar Mit-Taqbid Ta’ Qalb Fr. Ray Francalanza

 “It-Tpespisa Tat-Tama” … Noti, Krib U Fwawar Mit-Taqbid Ta’ Qalb Fr. Ray Francalanza

Aktar kmieni llum , fr. Ray Francalanza OSA ippreżenta l-aħħar ktieb tiegħu bl-isem: It-Tpespisa tat-Tama; noti, krib u fwawar mit-taqbid ta’ qalbi, lill-Eċċellenza Tiegħu President ta’ Malta Dr. George Vella fil-palazz tal-president f’San Anton.

Fr Ray Francalanza OSA spjega kif il-ktieb jiġbor fih riflessjonijiet fuq il-ħajja u huwa l-frott ta’ 30 sena esperjenza fis-saċerdozju.

Min jaf lil Fr. Ray Francalanza jaf tassew kemm huwa pofond fil-ħsibijiet tiegħu dwar dak kollu li jdur madwarna fil-ħajja, dejjem b’imħabba speċjali lejn Ġesù fil-proxxmu.

Huwa bniedem kult, preċiż f’xogħlu u li dejjem lest jisma’ lil kulħadd. Ta’ min din id-darba, nisimgħu lil qalbu x’għandha x’tgħidilna.

Nissuġerixxu dan il-ktieb mimli b’għożża. Awguri Fr. Ray u grazzi tal-ġid li twettaq fis-soċjetà mingħajr daqq ta’ trombi.

Social Media Auto Publish Powered By : XYZScripts.com