Jammetti Li Niżżel Il-Qalziet Waqt Argument Mal-Ġirien

 Jammetti Li Niżżel Il-Qalziet Waqt Argument Mal-Ġirien

Raġel ta’ 47 sena li jaħdem bħala deliveryman, ammetta li waqt argument bejn il-ġirien niżżel il-qalżiet.

Fil-Qorti, ir-raġel ġie akkużat li offenda l-pudur jew il-morali b’għemilu f’post pubbliku. Għal din l-akkuża, il-Qorti weħlietu multa ta’ elf ewro li se jħallas 50 ewro fix-xahar.

Huwa ngħata wkoll sentenza sospiża għal tliet snin.

Il-Qorti  għamlet ordni ta’ protezzjoni għall-persuni. Ordnat ukoll li ma jissemmewx l-ismijiet involuti f’dan il-każ.

Social Media Auto Publish Powered By : XYZScripts.com