Jeħel Multa Ta’ €800 Wara Li Ppreżenta Ċertifikat Falz Tal-Covid-19
Franċiż ta’ 27 sena; Fernandes Thomas Sylvester, wħele multa ta’ €800 wara li ppreżenta ċertifikat falz tal-Covid-19 meta kien se jsiefer minn Malta.
Jidher li r-riżultat veru tat-test tal-Covid-19 dam ma ħariġlu u ppanikkja u pproduċa wieħed falz.
Il-Maġistrat Claire Stafrace Zammit sabitu ħati ta’ dawn l-akkużi u weħel multa ta’ €800.
Il-Franċiż kien assistit mill-Avukat Charmaine Cherrett.
Ritratt: DFNI