Jekk Timpjega Ħaddiem Ġdid F’Għawdex, Tibbenefika Minn Rimborż Tas-Salarju

 Jekk Timpjega Ħaddiem Ġdid F’Għawdex, Tibbenefika Minn Rimborż Tas-Salarju

Għal sena oħra tnediet il-Gozo Employment Refund Scheme, li għandha l-għan li tagħti kumpens tas-salarji ta’ impjiegi ġodda.

L-iskema toffri rimborż tas-salarju sa massimu ta’ €6,000 fuq medda ta’ 3 snin lill-kumpaniji li għandhom bażi f’Għawdex u li jimpjegaw nies ġodda mal-kumpanija matul is-sena 2021.

U sabiex ikun hemm iktar stabbiltà fl-impjiegi, ir-rimborż fit-tielet sena se jkun iktar, jiġifieri ta’ €3,000.

Il-Ministru Clint Camilleri nnota li fl-2020 kien hemm iktar applikazzjonijiet mill-2018 u l-2019 flimkien.

L-iskema hija mmirata li tippremja l-ħolqien ta’ impjiegi ġodda fi sfond ta’ sitwazzjonijiet ekonomiċi diffiċli madwar id-dinja kollha.

Social Media Auto Publish Powered By : XYZScripts.com