Jitkeċċa Ħaddiem Tal-KFC F’Illinois Wara Tgħajjir Omofobiku
F’Illinois, tkeċċa ħaddiema tal-KFC wara li għadda kummenti omofobiċi u tgħajjir lil koppja omosesswali li marru jinqdew b’mod normali bħal ħaddieħor fid’drive through’.
Joshua Garner u sieħbu Lee Walls ħassewhom urtati u nġurjati meta l-ħaddiem li suppost qdiehom normali kif jagħmel lil ħaddieħor, infexx jgħajjarhom.
Il-koppja rnexxielhom joħdulu ritratt u anke filmat li xerrduh fuq il-midja soċjali.
Il-Pulizija għamlu kuntatt mal-istabbiliment tal-ikel u l-kumpanija kkonfermat li l-persuna tkeċċiet u ħarġu wkoll stqarrija jikkundannaw dan l-aġir.
Hija verità, li għalkemm sar progress fir-rigward tad-drittijiet umani madwar id-dinja, għadek issib nies li jaħsbuha differenti u jaslu jweġġgħu persuni li ma jkunu taw fastidju lil ħadd.