Jitneħħa Mill-Port Il-Kbir L-Aħħar ‘Rig’ Antik

 Jitneħħa Mill-Port Il-Kbir L-Aħħar ‘Rig’ Antik

Wara snin sħaħ fil-Port il-Kbir, l-aħħar ‘rig’ antik li kien għad fadal fit-tarzna ta’ Palumbo tneħħa f’temp ta’ sagħtejn.

Lejn l-aħħar ta’ Jannar kien tħabbar li r-‘rigs’ li jinsabu fl-istess tarzna se jkunu qed jitneħħew, u flimkien magħhom numru ta’ bastimenti li jinsabu mitluqa fil-Port il-Kbir.

Ir-‘rig’ bl-isem ta’ Atwood Aurora tneħħa matul il-jum tal-Erbgħa, u salpa lejn il-Kroazja.

Il-Gvern kien ħabbar li l-operaturi tar-riggijiet iridu jitolbu estensjoni kull xahrejn sabiex jinżamm ir-‘rig’.

Ritratt: One News

Social Media Auto Publish Powered By : XYZScripts.com