Bil-Filmat: Kif Tista’ Tistaqsi Lill-Professur Charmaine Gauci Tirreżenja?
Waqt il-konferenza tal-lum, li saret aktar kmieni fejn tħabbru miżuri ġodda kontra l-pandemija tal-Covid-19 f’pajjiżna, bħal dejjem kien hemm numru ta’ ġurnalisti jistaqsu l-mistoqsijiet tagħhom.
Mistoqsija minnhom kienet indirizzata lill-Professur Charmaine Gauci jekk tikkunsidrax li għandha tirreżenja.
Bosta kienu r-reazzjonijiet saħansitra anke mill-Prim Ministru Robert Abela nnifsu li wieġeb hu, fejn saħaq li rridu napprezzaw il-ħidma tal-persuni kollha fil-qasam tas-saħħa inkluż tal-Professur Gauci li ma waqfitx tirsisti mill-bidu tal-pandemija sal-lum.
Taħsbu li kien lok li xi ħadd isaqsi mistqosija hekk?