“Kuraġġ!” – Messaġġ Ta’ Tama’ Waqt Dawn Iż-Żminijiet Diffiċli
‘Kuraġġ’ hija l-kelma li tispikka f’messaġġ magħmul mill-Awtorità ta’ Standards ta’ Ħarsien Soċjali.
Dan sar flimkien mal-Ministeru għall-Anzjani u l-Anzjanità Attiva u diversi fornituri ta’ servizzi għall-anzjani u persuni vulnerabbli.
L-appell minn dawn kollha huwa biex kulħadd jagħmel kuraġġ f’dawn iż-żminijiet diffiċli u bla preċedent, ikomplu jitlaqqmu n-nies filwaqt li jkunu mħarsa l-miżuri maħruġa mill-awtoritajiet tas-saħħa.
Il-Ministru Michael Farrugia temm il-messaġġ billi appella li din l-isfida kapaċi tkun megħluba jekk ningħaqdu bħala poplu wieħed.