“L-Ebda Evidenza Li L-Każijiet Ta’ Blood Clots Kienu Marbuta Mal-Vaċċin” – L-Aġenzija Ewropea Għall-Mediċini

 “L-Ebda Evidenza Li L-Każijiet Ta’ Blood Clots Kienu Marbuta Mal-Vaċċin” – L-Aġenzija Ewropea Għall-Mediċini

Il-Malta Association of Public Health Medicine stqarret li tajjeb li wieħed jkun konxju dwar l-istqarrija li ħarġet ilbieraħ l-Aġenzija Ewropea għall-Mediċini, dan wara xi stejjer li ġew ippubblikati fil-midja llum dwar emboli tad-demm (blood clots) irrappurtati wara t-tilqima Astra Zeneca minn lott speċifiku.

F’din l-istqarrija jingħad li ma jidher li hemm l-ebda evidenza li tissuġġerixxi li l-każijiet ta’ kumplikazzjonijiet relatati ma’ emboli tad-demm irrappurtati kienu marbuta mal-vaċċin. Kumplikazzjonijiet bħal dawn ma seħħewx aktar ta’ spiss fil-grupp ta’ nies li rċevew din il-lott milli jagħmlu fil-popolazzjoni ġenerali.

Lokalment vaċċini minn dan il-lott kienu qed jiġu amministrati ftit tal-ġimgħat ilu bl-ebda kumplikazzjonijiet simili rrappurtati. Bħalissa l-vaċċini li qed jingħataw huma minn lottijiet oħra.

Il-Malta Association of Public Health Medicine qed tħeġġek sabiex ixxerred il-kelma, speċjalment jekk taf nies li għandhom jiġu mlaqqma u li huma mħassba minħabba dawn l-aħbarijiet.

 

Social Media Auto Publish Powered By : XYZScripts.com