L-Ewwel Doża Tat-Tilqima Tal-Covid-19 Tnaqqas Ir-Riskju Bi 80%

 L-Ewwel Doża Tat-Tilqima Tal-Covid-19 Tnaqqas Ir-Riskju Bi 80%

Analiżi fl-Ingilterra turi li l-ewwel doża tal-vaċċin ta’ Oxford-AstraZeneca jew ta’ Pfizer-BioNTech tnaqqas iċ-ċans li jkollok bżonn kura fl-isptar b’aktar minn 80%. Din l-informazzjoni, li hija bbażata fuq persuni li għandhom aktar minn 80 sena, hija simili għar-riżultati ta’ studju simili fl-Iskozja.

Sa issa f’Malta ħadu l-vaċċin, 79624 persuna, iżda 51,576 minn dawn għad iridu jieħdu t-tieni tilqima. 28,048 persuna ħadu ż-żewġ dożi tat-tilqima.

Dan ir-riżultat jgħin biex jispjega għaliex in-numru ta’ persuni fl-età ta’ aktar minn 70 sena fil-wards ta’ kura intensiva tal-Covid-19 naqsu. Aktar kmieni llum konsulent tal-ITU qal li l-maġġoranza tal-pazjenti tal-Covid-19 li jinsabu fil-kura intensiva għandhom bejn 50 u 60 sena. Hekk kif issa eluf ta’ anzjani ħadu mqar l-ewwel doża tat-tilqima, ir-riskju fost l-anzjani qed jibda’ jonqos. Hekk kif qed jibqa’ jkollna numri għoljin ta’ każijiet ġodda ta’ kuljun, il-professjonisti tal-kura tas-saħħa qed jerġgħu jagħtu twissija serja li l-ITU qed jimtela u daqt ser jilħaq il-massimu.

Ritratt: Sky News

Social Media Auto Publish Powered By : XYZScripts.com