L-Ewwel Prestazzjoni Tal-Band Kantera Kienet Propju Waqt Il-Festival ‘Mużika Mużika’
Il-band Kantera twieldet fl-2020 bl-għan li tressaq il-ġeneru folk tradizzjonali Malti ma’ dak modern.
Fl-istil mużikali ta’ Kantera, strumenti marbuta mal-folklor mużikali Malti u strumenti muzikali elettronici moderni jiġu flimkien biex jinħoloq ħoss uniku — mużika tal-preżent li titkellem fl-istess waqt mill-ġejjieni u mal-imgħoddi. L-istil ta’ kanzunetta li qed tipproduċi Kantera maħdum fuq lirika Maltija li tmiss temi soċjali u kulturali tal-mument tagħna u dak passat, bl-użu ukoll ta’ qwiel Maltin u b’involviment ta’ talent minn Malta u minn Għawdex.
Il-ħoss tà Kantera huwa magħmul minn diversi strumenti. L-istrumenti li jifurmaw Kantera huma l-piano-accordion, it-tastiera, is-sassofonu, l-ajrofonu, il-mandolina, il-vjolin, il-kitarra elettrika u dik bass, il-flejguta, iż-żafżafa u l-perkussjoni, flimkien mal-kantant ewlieni u l-backing vocals.
L-istil ta’ Kantera nħoloq sabiex iressaq żgħażagħ u adoleexenti qrib aktar tal-folk u t-tradizzjoni Maltija permezz tal-mod kif l-istrumenti u l-lirika fil-kanzunetti tagħna jaħdmu ma’ xulxin. Din mużika fejn l-imgħoddi jżur il-preżent, u jingħaraf fil-waqtiet li ngħixu aħna u nivjaġġaw mal-ħoss folk modern.