L-Italja Tintroduċi Ħamest Ijiem Ta’ Kwarantina Għal Dawk Kollha Li Jaslu Mill-Ewropa
Il-gvern Taljan qed jintroduċi kwarantina mandatorja ta’ ħamest ijiem għal vjaġġaturi li jaslu fl-Itajla mill-pajjiżi Ewropej matul il-vaganzi tal-Għid, dan wara li l-Ewropa qed tesperjenza t-tielet mewġa ta’ infezzjonijiet f’numru ta’ pajjiżi.
Ir-regoli l-ġodda tal-Italja mistennija jdumu sat-Tnejn u jkopru l-perjodu tal-festi tal-Għid.