L-Sport Kollu Sospiż Sal-11 t’April

 L-Sport Kollu Sospiż Sal-11 t’April

F’konferenza tal-aħbarijiet indirizzata mill-Prim Ministru Dr. Robert Abela, l-Ministru tas-Saħħa Dr. Chris Fearne u s-Supretendent tas-saħħa pubblika Dr. Charmaine Gauci ħabbru li l-sport kollu ġie sospiż sal-11 t’April li ġej. Din hija miżura li tkompli ma’ dak li tħabbar il-ġimgħa li għaddiet fejn l-contact sport għal atleti taħt il-17 il-sena kien qed jiġi sospiż sal-11 t’April ukoll.

Dan ifisser li l-logħob mill-Kampjonat Premier, il-logħob mic-Challenge League, il-Kampjonat Femminili u l-finali tal-Amateur Cup li kellhom jintlagħbu fit-tmiem il-ġimgħa ġew posposti.

Matul is-sajf li għadda l-MFA irrevedit l-statut tagħha sabiex fl-eventwalita li l-Kampjonati ma jkunux jistaw jitkomplew, jingħataw l-verdetti skont l-Klassifika fil-mument jekk 75 fil-mija tal-Kampjonat ikun intlagħab.

Il-75 fil-mija tal-Kampjonat Premier intlaħaq bil-partita tal-lum bejn Balzan u Zejtun li kienet ġiet posposta.

 

Ritratt: Mark Mangion

Social Media Auto Publish Powered By : XYZScripts.com