L-UE Hija Żona Ħielsa Għall-Persuni LGBTIQ – Engerer Imfaħħar Minn Stephen Fry
L-Unjoni Ewropea ġiet dikjarata bħala żona ħielsa għall-persuni LGBTIQ.
Fost dawk li ħadmu qatigħ favur din l-inizjattiva kien hemm l-Ewroparlamentari Malti Cyrus Engerer, li fuq Twitter qal li huwa d-dmir tal-membri kollha fil-Parlament Ewropew li jassiguraw li l-Ewropej kollha huma siguri u liberi li jkunu huma x’inhuma, irrelevanti fejn qegħdin.
Engerer għamel referenza lejn il-Polonja u l-Ungerija, fejn hemm ċertu persuni fi ħdan il-Gvernijiet li huma kontra l-persuni LGBTIQ, filwaqt li appella maċ-ċittadini tagħhom li għandhom l-appoġġ kollu tal-Unjoni Ewropea.
Kienu ħafna dawk li faħħru lil Engerer għal ħidmietu, fosthom l-attur Ingliż Stephen Fry.
Under the guise of a tedious and deceitful “anti woke” sentiment, countries like Hungary and Poland are beginning to strangle the precious rights and freedoms of their LGBTIQ citizens – I stand with brave and good MEPs like Mr Engerer here… https://t.co/PGpiF64VxZ
— Stephen Fry (@stephenfry) March 10, 2021