Lejliet L-Ewwel Impenn… Il-Kowċ Mangia Jitkellem dwar Malta vs Russja

 Lejliet L-Ewwel Impenn… Il-Kowċ Mangia Jitkellem dwar Malta vs Russja

Lejliet l-ewwel partita ta’ kwalfikazzjoni minn Grupp F tat-Tazza tad-Dinja 2022 kontra r-Russja, l-kowċ tat-tim nazzjonali Malti Devis Mangia kif ukoll id-difensur Steve Borg tkellmu dwar l-ewwel impenn tas-sena 2021.

Devis Mangia qal li din hija kompetizzjoni ġdid u li għaliha ilhom jippreparaw. Mangia qal li jittama li dak li qed jippreparaw jissarraf fil-pitch. Il-kowċ Taljan żied jgħid li l-plejers iridu jżommu kemm jista’ jkun il-pusses u jippruvaw joħolqu xi ħaġa kull darba li jkollna l-ballun f’saqajna.

Min-naħa tiegħu d-difensur ta’ Gżira United Steve Borg qal li din hija kompetizzjoni ħafna ikbar mill-UEFA Nations League, madanakollu jittama li l-plejers ikomplu minn fejn bdew madwar sena ilu.

Devis Mangia k-konferma li l-plejers kollha magħżula huma eleġibbli.

Il-plejers tat-tim nazzjonali Malti ilhom miġbura f’lukanda kważi ġimgħatejn sabiex jippreparaw għall-ewwel tlett konfronti ta’ din il-kompetizzjoni; l-ewwel għada kontra r-Russja, nhar is-sibt kontra Slovakkja u bħal-lum ġimgħa kontra l-Kroazja. Malta kontra r-Russja għada fil-20.45.

Il-kontinġent Malti mistenni li jħalli l-pajjiż il-Ħamis sabiex jivvjaġġa lejn l-Slovakkja b’preparazzjoni għall-partita ta’ nhar is-Sibt li ġej kontra l-istess nazzjon.

Qabel il-konferenza stampa ta’ Malta kien hemm dik tat-tim nazzjonali Russu bil-kowċ Stanislav Cherchesov ma’ jagħti ebda kumment lill-midja Maltija.

 

Ritratt: MFA

Social Media Auto Publish Powered By : XYZScripts.com