“Li Għandu Jgħid Is-Sindku Hu L-Mod Kif Imexxi L-Laqgħat Fejn Kemm -Il Darba Tkellem Bid-Dagħa…” – Jeremy Cardona Iwieġeb
Wara li ftit ilu, tellajna storja fejn ikkwotajna lis-Sindku tal-Gżira Conrad Borg Manchè dwar kwistjoni li qamet fil-kunsill lokali dwar attendenza ‘in persuna’ jew virtwali, Jeremy Cardona wieġeb fuq il-midja soċjali.
Aħna huwa fid-dmir tagħna li nġibu dak li ntqal minnu wkoll.
Tenna li s-Sindku qed joħroġ informazzjoni skorretta fuq facebook fejn qal li l-Kunsillieri Nazzjonalisti qatt ma talbu f’dan iż-żmien li jsiru laqgħat fil-kunsill biss.
“Wara li kien hemm talba min uħud mill-Kunsillieri Nazzjonalisti u anke minn uħud mill-Kunsillieri Laburisti sabiex il-laqgħat isiru fil-Kunsill, ahna l Kunsillieri Nazzjonalisti ressaqna proposta sabiex il-Kunsillieri jkunu jistgħu jattendu l-laqgħat tal-Kunsill billi jew jattendu virtwalment jew inkella jmorru fl-Uffiċċju tal-Kunsill. Din il-proposta saret tlett ġimgħat ilu meta dan il-pajjiż ma kienx fil-kriżi li qiegħed illum.”
Qal ukoll: “Li għandu jgħid is-Sindku huwa l-mod kif imexxi l-laqgħat tal-Kunsill billi fost l-oħrajn jgħid kemm il-darba tkellem bid-dagħa u kliem ħazin, għaliex il-Kunsill ilu xhur ma jxandarx il-laqgħat skont kof titlob il-ligi u minkejja l-insistenza tagħna bqajna niġu njorati u għaliex ghal xhur sħaħ, il-Kunsill Lokali baqa’ ma jħallasx kontijiet tal-Lesa għal servizzi tal-gwardjani lokali…”
Biex tara iżjed dwar dak li qal Cardona, idħol fuq il-midja soċjali tiegħu hawn taħt.