Luqa SA. Champions tal-Amateur League.. Promossi Ma’ Mġarr U., Melita u Rabat A. Fiċ-Challenge League

 Luqa SA. Champions tal-Amateur League.. Promossi Ma’ Mġarr U., Melita u Rabat A. Fiċ-Challenge League

Luqa St. Andrew’s ġew inkurunati Champions tal-BOV National Amateur League wara li fil-finali taċ-Championship Play-Off fil-Victor Tedesco Stadium, huma għelbu lil Melita bl-iskor ta’ 2-1.

Keith Vella fetaħ l-iskor għall-Luqin minn penalty fl-34 minuta, izda kmieni fit-tieni perjodu l-Ġiljanizi kisbu d-draw minn penalty ieħor din id-darba skurjat minn Michael Cachia, goal tar-rebħa għal Luqa fis-sebgħa u sebgħin minuta minn Chibuzor Lucky Nwaogu.

B’hekk l-erba’ timijiet promossi l-istaġun li ġej għal BOV Challenge League huma ċ-champions Luqa St. Andrew’s li rebħu Grupp B, ir-rebbieħa ta’ Grupp A, Mġarr United, Melita, rebbieħa ta’ Grupp Ċ u r-rebbieħa tal-PlayOff is-Sibt ukoll wara li għelbu lil Kirkop United 2-1 wara l-ħin barrani, jiġifieri Rabat Ajax.

BOV Challenge League li apparti dawn l-erba’ timijiet ġodda l-istaġun li ġej jilqa’ lura ukoll lil Senglea Athletic li s-Sibt matematikament relegati mill-BOV Premier wara t-telfa 5-1 kontra Mosta.

Social Media Auto Publish Powered By : XYZScripts.com