Malta Bl-Aħħar Preparamenti Għal Kontra l-Kroazja

 Malta Bl-Aħħar Preparamenti Għal Kontra l-Kroazja

It-tim nazzjonali Malti għaddej bl-aħħar preparamenti tiegħu għat-tielet u l-aktar partita diffiċli, dik f’Rijeka ta’ għada kontra l-Kroazja.

Għada filgħaxija t-tim nazzjonali Malti se jkun qed jilgħab it-tielet logħba tiegħu minn Grupp H tal-logħbiet ta’ kwalfikazzjoni tat-Tazza tad-Dinja 2022 kontra l-qawwa tal-Kroazja, liema l-logħba qed titqies minn bosta bħala l-aktar waħda diffiċli f’dan il-grupp.

Waqt l-indirizz tiegħu lil medja illum wara nofsinhar il-kowċ tat-tim nazzjonali Malti Devis Mangia k-konferma li l-plejers huma kollha għad-diżpożizzjoni tiegħu madanakollu għadu mhux deċiż dwar l-ewwel ħdax li se jibdew għada.

Mangia qal li għal kuntrarju tas-Slovakkja, l-Kroazja kapaċi mhux biss iżommu l-pussess però veloċi ħafna iżjed fl-azzjonijiet tagħhom.

Indirizza l-konfernza stampa wkoll il-midfielder ta’ Ħamrun Spartans Matthew Guillaumier li tkellem dwar l-importanza li l-plejers jibqaw konċentrati minkejja l-għajja fiżika u anke mentali.

 

Ritratt: Mark Zammit Cordina

Social Media Auto Publish Powered By : XYZScripts.com