“Malta Fuq Quddiem Fil-Libertajiet” – Minn ‘Freedom House’ Fl-Istati Uniti

 “Malta Fuq Quddiem Fil-Libertajiet” – Minn ‘Freedom House’ Fl-Istati Uniti
F’ rapport dwar il-libertà li toħroġ ‘Freedom House’ fl-Istati Uniti Malta kisbet 90 marka minn 100: 35 għal-libertajiet politiċi u 55 għal-libertajiet ċivili.
Malta tikklassifika fost l-ogħla 42 pajjiż li kisbu 90 marka jew iżjed minn 210 pajjiż. Il-pajjiżi l-oħra kisbu inqas, fosthom l-Istati Uniti stess li kisbet 83 marka u anke 6 pajjiżi oħra fl-UE.
‘Freedom House’ qalet li l-libertajiet ilhom sejrin lura fid-dinja f’dawn l-aħħar 14-il sena. Il-Ministru Tal-Affarijiet Barranin Evarist Bartolo tenna li għandna nibżgħu għal dawn il-libertajiet li tant batejna għalihom biex ksibniehom fejn popli oħra qed ibatu, minħabba li dawn huma ineżistenti.
“F’pajjiżna tista’ tivvota lil min trid f’elezzjonijiet ħielsa. Tista’ tikkritika lill-gvern. Tista’ tipprotesta kontra l-gvern.
Tista’ anki tagħmel xogħol teatrali kontra l-gvern ftit passi ‘l bogħod mill-uffiċċju tal-Prim Ministru.”, saħaq Bartolo.
Dan meta qabel, anke f’pajjiżna stess, dan ma kienx possibbli anke fl-istorja, meta jekk kont tlissen kelma kontra l-Gran Mastru kont tispiċċa mgħallaq.
Temm billi appella biex nibżgħu għall-pajjiżna u nkomplu naħdmu biex insaħħu l-libertajiet li għandna. “Ma naqbilx miegħek, iżda lest immut biex niddefendilek id-dritt li tgħid dak li tixtieq tgħid.”

Ara r-rapport oriġinali li sar minn Freedom House fl-Istati Uniti hawn:

https://freedomhouse.org/country/malta/freedom-world/2020

Social Media Auto Publish Powered By : XYZScripts.com