Malta Tikseb Punt Importanti Kontra Slovakkja

 Malta Tikseb Punt Importanti Kontra Slovakkja

Fit-tieni partita ta’ kwalfikazzjoni tat-Tazza tad-Dinja minn Grupp H, Malta kisbet draw prestiġjuż kontra Slovakkja f’logħba sabiħa u li fiha t-tim nazzjonali Malti f’ħafna mill-ħinijiet qasam il-logħob mal-avversarji.

Malta marret fil-vantaġġ fil-16 il-minuta minn xutt sabih ta’ Luke Gambin. It-tim Malti skorja t-tieni gowl tal-partita erba minuti biss wara meta minn cross ta’ Ryan Camenzuli, Alex Satariano bir-ras xeħet fix-xibka u għamel l-skor 2 – 0.

Maħsuda minn dawn iż-żewġ gowls, Slovakkja pruvaw jwettqu reazzjoni madankollu l-skor sat-tmiem l-ewwel taqsima baqa dak ta’ 2- 0 favur Malta.

Kif mistenni, mal-bidu tat-tieni taqsima l-pressjoni tal-avversarji kienet se tiżdied u filfatt wara biss erba minuti logħob David Strelac naqqas l-skor għal 2 – 1. Slovakkja komplew iżidu fil-logħob tagħhom u fil-53 minuta Milan Skriniar ġab id-draw bl-skor għalhekk isir 2 – 2.

L-avversarji kibru fil-kunfidenza u faċilment settaw marru fil-vantaġġ iżda d-difiża Maltija kienet attenta u ma ċedietx għal pressjoni anzi f’ċertu okkażjonijiet ta’ kontra-attakk il-plejers maltin kienu ukoll perikolużi.

Matul it-tieni taqsima l-kowċ tat-tim nazzjonali Malti Devis Mangia wettaq erba sostituzzjonijiet fejn inqallaw Paul Mbong, Luke Gambin, Alex Satariano u Teddy Teuma u flokhom daħlu jilgħabu Kyrian Nwoko, Jake Grech, Steve Pisani u Bjorn Kristensen.

Fl-aħħar ħinijiet Slovakkja żiedu fil-pressjoni żda Malta irnexxila tirreżisti u tikseb draw prestiġjuż ta’ 2 – 2 kontra l-qawwa ta’ Slovakkja.

Għada t-tim nazzjonali Malti jħalli Slovakkja sabiex jivvjaġġa lejn l-Kroazja sabiex nhar it-Tlieta jilgħab it-tielet konfront tiegħu kontra lis-stess nazzjon.

 

Ritratt: MFA / Mark Zammit Cordina

Social Media Auto Publish Powered By : XYZScripts.com