“Malta Tinsab Fuq Quddiem Fl-Amministrazzjoni Tal-Vaċċin Fl-UE” – CNN

 “Malta Tinsab Fuq Quddiem Fl-Amministrazzjoni Tal-Vaċċin Fl-UE” – CNN

Waqt intervista ma’ CNN, id-Deputat Prim Ministru Chris Fearne spjega għala Malta tinsab fuq quddiem fejn tidħol l-amministrazzjoni tal-vaċċin kontra l-COVID-19.

Huwa nnota li hemm żewġ raġuni.

L-ewwel waħda hija l-fatt li Malta għamlet użu mill-opportunitajiet kollha li kienu disponibbli, filwaqt li ġew ordnati l-ammonti massimi possibli tal-vaċċin.

It-tieni raġuni hija li pajjiżna jgawdi minn sistema tas-saħħa robusta u li hija effiċjenti mmens.

Il-Ministru Fearne irrimarka li l-vaċċini kollha li Malta kisbet qed jintużaw kollha u m’hemmx ħela. Dan filwaqt li 24% tal-popolazzjoni rċeviet minn tal-inqas l-ewwel doża tal-vaċċin.

Mistoqsi dwar l-akkużi li saru mill-Awstrija, Fearne spjega li Malta kisbet il-vaċċin mill-mekkaniżmu ta’ ‘joint procurement’ tal-Unjoni Ewropea. Mekkaniżmu li kien disponibbli għall-istati membri kollha.

Social Media Auto Publish Powered By : XYZScripts.com