Matul Illejl Jitwaħħal Banner Mat-Times Of Malta…
F’nofs il-kontroversja li għaddejja bħalissa b’rabta ma’ każijiet ta’ frodar u stejjer oħra li qed joħorġu ta’ kuljum fil-qorti, matul illejl li għadda twaħħal ‘banner’ mal-faċċata tal-binja tat-Times of Malta li jgħid ‘Times of Mafia.’
Ilbieraħ bdiet tinstema’ l-kumpilazzjoni kontra Keith Schembri, Alfio Schembri, Malcolm Scerri u Robert Zammit fejn ħarġu għadd ta’ dettalji fosthom il-profitt ta’ madwar €5 miljun minn xiri ta’ magni u li nqasam bejn Keith Schembri, Hillman u Buhagiar mill-Allied Newspapers.