Messaġġ Iebes Miċ-Chairman Ta’ SportMalta Wara Daqqa Oħra Għall-Isport Bl-Avviż Legali Fl-Aħħar Jiem

 Messaġġ Iebes Miċ-Chairman Ta’ SportMalta Wara Daqqa Oħra Għall-Isport Bl-Avviż Legali Fl-Aħħar Jiem

Ngħixu f’pajjiż ta’ poplu jilgħaq ħafna, evidenti ħafna f’uħud minn fost dawk li għandhom ċerti karigi u/jew rwoli, li biex ma’ jfuħux jew jintnu u biex iżommu, jħarsu u jipproteġu bl-aħjar mod il-posizzjoni tagħhom mhumiex kapaċi l-iswed jgħidulu iswed, l-abjad jgħidulu abjad u jsabbtu saqajhom fejn hemm bżonn.

Forsi hija l-kultura ta’ pajjiż żgħir, iżda dik hija r-realta’ u ħadd ma’ jista jiċħadha.

Dan żgur ma’ kienx il-każ il-bieraħ filgħaxija taċ-Chairman ta’ SportMalta, l-Avukat Luciano Busuttil fil-messaġġ tiegħu waqt l-iSportMalta Awards li bl-aktar mod voċiferu semma leħnu u qasam il-weġa’ ta’ bħalissa fost bosta atleti li ħabta u sabta twaqqfu milli jkomplu bit-taħriġ tagħhom. “Atleta agonistiku assolutament ma’ jistgħax jieqaf xahar mingħajr taħriġ” tenna Busuttil.

Dan wara l-Avviż Legali u l-miżuri mħabbra nhar l-Erbgħa li għaddew ftit wara l-umiljazzjoni għal dan il-pajjiż bil-fuq minn 500 każ f’anqas minn erbgħa u għoxrin siegħa ta’ każi pożittivi ġodda ta’ persuni nfettati bil-COVID19, figuri li wara ħafna tkaxkir tas-saqajn minħabba l-famuża ‘fine balancing act’, imbuttaw lill-gvern u lill-Awtoritajiet tas-Saħħa jieħdu serje ta’ miżuri li laqtu lil ħafna, mhux b’inqas l-isport f’pajjiżna li reġa waqaf għal xahar sħiħ.

L-Isport, settur ferm importanti għas-saħħa mentali u fiżika tal-bniedem qabel kull suċċess ieħor u/jew midalji li individwu jew tim jaħdem qatiegħ għalih fl-ambizzjoni ta’ suċċess għalih/għaliha personali u għal dan il-pajjiż.

Luciano Busuttil qal, “Fi żmien fejn l-isport twaqqaf huwa obbligu ta’ kull atleta, ufficjal u kull sportiv li ma’ jaqtax qalbu u filwaqt li jibqa ffukat fuq l-isport dixxiplina tiegħu u r-riżultati, jibqa jaspira oħrajn li jiġu warajh biex l-isport f’Malta ma’ jmutx.

Faħħar l-injezzjoni finanzjarja, somma rekord din is-sena tal-fuq minn tliet miljun ewro lill-Kumitat Olimpiku Malti, grazzi għall-ħidma ma’ taqta xejn tas-Segretarju Parlamentari għall-Isport Clifton Grima u dawk li ta kuljum jaħdmu fi SportMalta, liema fondi se jkunu nvestiti direttament fl-atleti u l-izvillup tagħhom, dan apparti l-faċilitajiet state of the art li saru f’dawn l-aħħar snin, xhieda ċara fi kliemu tal-impenn aktar minn qatt qabel tal-gvern li jpoġġi l-isport fuq quddiem nett biex jagħti lill-atleti tagħna l-aqwa kundizzjonijiet biex itejbu l-livelli tagħhom u jkunu aktar kompetittivi.

Kompla jgħid, “Ma’ nistax nifhem kif f’pajjizna l-isport agonistiku bħalissa huwa wieqaf għal kollox, meta f’pajjiżi oħra bħall-Italja li jinsabu fl-istess sitwazzjoni ta’ lockdown bħalna, dawk l-atleti li jippratikaw bis-serjeta u b’mod agonistiku dixxiplina sportiva, qed jitħallew jitħarrġu.

“Id-differenza hija l-mentalita bejn il-pajjiżi, f’pajjiżi oħra l-isport huwa sors ta’ identita nazzjonali, f’Malta għadna lura biex nilħqu dan il-livell, il-ġurnalisti li jaħdmu fil-qasam sportiv ukoll għandhom rwol xi jġorru biex iwasslu l-messaġġ dwar l-importanza tal-isport u kif ma’ tistax tieqaf xahar mingħajr taħriġ jew tipprattika dak l-isport jew dixxiplina partikolari, anke fid-dawl tal-fatt li l-kompetizzjonijiet internazzjonali “case in point”, l-Olimpjadi f’Tokyo ftit xhur oħra, li se jsiru b’mod normali u kif skedat”, temm jgħid l-Avukat Luciano Busuttil, Chairman ta’ SportMalta.

Social Media Auto Publish Powered By : XYZScripts.com