Meta 15,000 Mara Mmarċjaw Fi New York

 Meta 15,000 Mara Mmarċjaw Fi New York

Illum 8 ta’ Marzu huwa l-jum internazzjonali tal-mara li beda minn moviment tal-ħaddiema sakemm sar avveniment rikonoxxut min-Nazzjonijiet Uniti.

Bdiet fl-1908 meta 15,000 mara mmarċjaw fil-Belt ta’ New York fejn talbu inqas sigħat ta’ ħidma fix-xogħol tagħhom, paga aħjar u d-dritt tal-vot.

Kien il-partit soċjalist Amerikan li ddikkjara l-ewwel jum il-mara b’mod nazzjonali, propju sena oħra.

L-idea li din issir fuq skala internazzjonali bdiet minn Clara Zetkin li ssuġġeriet konferenza ta’ nisa ħaddiema f’Copenhagen. Kien hemm 100 mara minn 17-il pajjiż li qablu unanimament ma’ din l-idea.

L-ewwel jum internazzjonali ta’ mara kien iċċelebrat fl-Awtsrija, fid-Danimarka, il-Ġermanja u l-Isvizzera. Din hija l-110 darba li dan il-jum qed ikun iċċelebrat.

Social Media Auto Publish Powered By : XYZScripts.com