Militanti Iżlamiċi Qed Jaqtgħu L-Irjus Tat-Tfal

 Militanti Iżlamiċi Qed Jaqtgħu L-Irjus Tat-Tfal

Sitwazzjoni tal-biża’ fil-Mozambique hekk kif l-aġenzija internazzjonali ‘Save the Children’ qalet li militanti Iżlamiċi qed jaqtgħu l-irjus ta’ tfal fosthom dawk li għad għandhom biss 11-il sena.

L-aġenzija qalet li omm saħansitra kellha tara lil bintha ta’ 12-il sena tinqatel quddiem għajnejha b’dan il-mod kiefer.

Skont rapport ta’ din l-aġenzija, mill-2017 ’l hawn, aktar minn 2,500 ruħ inqatlu u mas-700,000 oħra kellhom jitilqu minn djarhom.

Social Media Auto Publish Powered By : XYZScripts.com