Mistenni Jkun Lura Fuq Il-Midja Soċjali…
Konsulent tal-eks President tal-Istati Uniti Donald Trump qal li se jkun qed jerġa lura fuq il-midja soċjali permezz ta’ pjattaforma tiegħu stess.
Ma’ Fox News, Jason Miller qal li Trump mhux se jagħmel ir-ritorn tiegħu qabel tliet xhur oħra.
Qal ukoll li l-pjattaforma se tkun l-iktar waħda popolari fil-midja soċjali, filwaqt li se tagħti definizzjoni ġdida lil das-settur.
Trump kien sospiż minn Twitter u Facebook wara l-irvellijiet li kien hemm f’Jannar fil-US Capitol f’Washington, fejn ħames partitarji ta’ Trump inkluż uffiċjal tal-pulizija, tilfu ħajjithom.
Ritratt: Joe Raedle / Getty Images