Moderna Jibdew It-Testijiet Tal-Vaċċin Fuq It-Trabi U T-Tfal
Il-kumpanija Amerikana Moderna li qed tipproduċi l-vaċċin kontra l-Covid-19 ħabbret li bdiet it-testijiet fuq it-trabi u t-tfal bejn is-6 u l-11-il sena.
Moderna hija l-ewwel kumpanija Amerikana li bdiet l-istudji fuq it-trabi.
Sa issa t-tfal mhux qed jingħataw il-vaċċin iżda l-pjan hu li jekk dawn it-testijiet jirnexxu, it-tfal jibdew jingħataw it-tilqima wkoll biex b’hekk tkun tista tintlaħaq l-ogħla herd immunity possibbli.
Waqt li r-riskju li t-tfal jimirdu serjament bil-virus huma baxxi ħafna, xorta waħda hemm riskju kbir ta’ trażmissjoni, l-aktar fost l-adoloxxenti.