Niċċelebraw San Patrizju B’Responsabiltà U B’Differenza

 Niċċelebraw San Patrizju B’Responsabiltà U B’Differenza

Tibqa’ ġewwa?  Mhux problema…

Il-festa ta’ San Patrizju daħlet sew fil-kalendarju ta’ ċelebrazzjonijiet tagħna l-Maltin. Minkejja li hija festa Irlandiża, bħal tgħid li l-Maltin addottawha biex isibu okkażjoni oħra biex bħala poplu Mediterranju jsib skuża biex jiċċelebra. Peress li ninsabu f’nofs pandemija li għadha qed tikxef snienha u xejn ma qed tkun ħanina magħna, l-appell jibqa’ li nillimitaw iċ-ċelebrazzjonijiet u nixu mal-gwida tal-awtoritajiet tas-saħħa biex inkunu pijunieri u nassistu biex in-numri jibdew juru ftit tama pożittiva.

Kif nistgħu niċċelebraw b’responsabbiltà?

Kif semmejna kull ċelebrazzjoni għandha ssir b’responsabbiltà; fi djarna u bil-parteċipazzjoni limitata ta’ nies. Żgur li biex niċċelebraw ikollna bżonn l-ikel. X’hemm aħjar milli f’din il-ġurnata nipreparaw l-ikel bit-tema tal-Irlandiżi. La qed insemmu l-ikel fuq il-menu żgur li ma jistax iħalli barra xi torta taċ-ċanga u l-birra Guinness. Torta li żgur ser tinżel għasel ma kulħadd, b’dik it-toma fl-isfond tal-birra tant famuża mal-Irlandiżi. Għall-adulti, biex takkumpanja dan id-dixx żgur ma jistax jonqos xi pinta Guinness kiesħa.

Mużika fl-isfond  

 Biex inżommu l-atmosfera xejn ma jżommna li ndoqqu u għaliex le?? Iva niżfnu xi żifna flimkien. Wieħed faċli jsib din il-mużika u ssib struzzjonijiet ukoll tal-passi biex tidħlu fl-atmosfera lkoll flimkien. Xi ngħidu għas-silta tant popolari Riverdance? Min ser jirnexxielu jqarreb il-passi ma’ tal-Irlandiżi?

Għal konservattivi? X’jistgħu jagħmlu?

Dejjem jidħlu dawk li forsi huma aktar konservattivi u żfin ma jkunx il-forte tagħhom. Dawn x’jistgħu jagħmlu biex ukoll jidħlu fl-atmosfera? Lil dawn aħna nissuġerulhom li jsegwu xi film Irlandiż, jew xi parata ta’ San Patrizju tal-passat. Films li huma addatati għal familja kollha nsibu fost l-oħrajn The Secret Roan Inish, The Magic Legent of the Leprechauns, The Legend of Longwood. Għal udjenza aktar matura umbgħad hemm The Wind that Shakes the Barley, Angelas’s Ashes, Tristan and Isolde jew The Young Offenders.

Ngħalqu bit-toma ħelwa

Aħna l-Maltin żgur li nħobbu ngħalqu s-serata bid-deżerta… daqxejn togħoma ħelwa. Fis-suq insibu għadd ta’ deżerti li jgħinuna nidħlu fit-tema ta’ San Patrizju. Ovjament jiddomina l-kulur ħadrani. Ma dawn id-deżerti wieħed jista’ jikkumplimenta b’xi cafe’ Irandiż (Irish Coffee).

B’hekk b’mod responsabbli nkunu qed niċċelebraw b’responsabbiltà t-tieni San Patrizzju konsekuttiv fid-dawl ta’ pandemija. Nisperaw li San Patrizju tal-2022 ikun aktar ħanin u forsi nkunu wasalna għan-normalità.

Social Media Auto Publish Powered By : XYZScripts.com