Omm Toqtol Lill-Uliedha B’Diżabbilità
Maree Mavis Crabtree qed tiġi akkużata li qatlet lit-tifla tagħha Erin ta’ 18-il sena lura fl-2012 u wara 5 snin, qatlet ukoll lit-tifel Jonathan li kellu 26 sena.
Iż-żewġt itfal kienu b’diżabbilità. Il-Pulizija qed takkuża lil Crabtree li kienet tisfurzahom jieħdu l-mediċini u anke li ttorturat lit-tifel.
Lura fl-2012, bintha Erin instabet mejta waqt li l-omm kienet fuq cruise. Fil-qorti, it-tifel l-ieħor Jonathan tenna li ħadha bi kbira u ommu m’għenitux tant li saħansitra anqas ma kienet tħallieh isib xogħol. Stqarr li ommu kienet tikkontrollah il-ħin kollu.
Il-ġisem ta’ dan il-ġuvni kien instab bla ħajja fl-2017 f’Upper Coomera.
Ritratt: Knewz