Organizzati L-Kwarti Finali Tal-Kampjonat Motocross F’Għawdex
Nhar il-Ħadd li għadda l-Gozo Motocross Association organizzat il-kwarti finali tal-Kampjonat.
F’Klassi A rajna lil Steve Xuereb, li bil-Honda CRF 250cc akkwista punti massimi fil-klassi tiegħu. Huwa kien segwit minn David Dimech. Mario Cauchi daħal fit-tielet post. Xuereb huwa l-leader f’din il-Klassi.
Jorn Stellini, li jinsab fl-ewwel post f’klassi B ukoll spiċċa fl-ewwel pużizzjoni. Warajħ daħal Biuren Grima, filwaqt li Robert Spiteri spiċċa fit-tielet post.
F’Klassi C, William Sant rebaħ l-ewwel post. Huwa kien segwit miż-żgħzugħ Mark Camilleri. Dan kien segwit minn Jurgen Attard. Sadanittant, klassi D ġiet mirbuħa minn Luke Caruana. Warajħ daħal Aiden Galea u Chris Tyler Mizzi rispettivament.
Fill-Junior Class ipparteċipaw ħames subien, li għandhom bejn ħames u ħdax il-sena. Zac Tabone, Trysten Theuma, Lucas Tabone, Milos Schembri u Ben Tabone wrew ħiela liema bhalha hekk kif din id-darba, taħt il-gwida tal-President tal-Assoċċjazzjoni Frank Xuereb, huma daru iċ-ċirkwit sħiħ.
Hekk kif spiccaw il-kompetizzjonijiet, is-sur Jason Portelli, sid il-JDCycles ppreżenta trofej lir-rebbieħa tal-ġurnata.
Ritratt: GMA