Pass Ieħor Għal Inter Wara 11-il sena.. Ikompli Jitbiegħed l-10 Scudetto Infila Għal Juventus

 Pass Ieħor Għal Inter Wara 11-il sena.. Ikompli Jitbiegħed l-10 Scudetto Infila Għal Juventus

Ir-rebħa minima u diffiċli li Inter kisbu t-Tnejn filgħaxija 1-0 fuq Atalanta kienet waħda minn dawk il-logħbiet li eventwalment iwassluk għat-tragward.

Logħba iebsa, tattika, kontra tim tost u qawwi (li b’kuntrarju għalihom għadhom fil-UEFA Champions League), iżda r-rebħa waslet xorta grazzi għall-goal minn set piece, b’xutt finali għar-rokna ta’ Milan Skriniar kmieni fit-tieni taqsima, biex it-tim tal-kowċ Antonio Conte żamm dal-vantaġġ sal-aħħar tal-partita u tela’ bi 62 punt minn 26 partita, jonqos b’hekk tnax-il logħba għal tmiem il-Kampjonat, ħafna imma l-vantaġġ ta’ Inter issa huwa sinjifikanti, sitt punti fuq Milan fit-tieni post, saħansitra għaxra fuq Juventus fit-tielet post, b’dawn tal-aħħar iżda b’logħba anqas.

Propju Juventus, diżappunt kbir għall-kowċ tagħhom Andrea Pirlo, partikolarment jekk ma’ tasalx iċ-Champions League, Juventus li kienu qed jittamaw f’rekord għaxar scudetti infila, xi ħaġa li għadha possibli, iżda dejjem qed issir diffiċli, b’Inter li qabdu ċertu ritmu, qed iżidu minn logħba għall-oħra, bid-dinamika tat-tim tiffunzjona kważi perfettament, tqis li ħafna players ilhom flimkien diversi xhur u għalhekk kollox jidher perfett għal Inter f’din il-mixja trijonfali li tista tarhom jirbħu l-Kampjonat Taljan tas-Serie A wara ħdax-il sena.

Kien propju l-istaġun tat-triplete fl-2010 l-aħħar li Inter rebħu l-Kampjonat, sena wara kienu Milan li rebħu t-titlu, biex mill-2012 sas-sena li għaddiet, 2020, waslu disa’ kampjonati nfila għal Juventus, xtaqu ħafna l-għaxar wieħed li iżda x’aktarx ma’ jasalx.

Social Media Auto Publish Powered By : XYZScripts.com