PL – Ikompli d-dizastru ‘home’ Fil-Kampjonat Għaċ-Champions Inglizi.. Tasal Is-Sitt Telfa Nfila f’Anfield

 PL – Ikompli d-dizastru ‘home’ Fil-Kampjonat Għaċ-Champions Inglizi.. Tasal Is-Sitt Telfa Nfila f’Anfield

RITRATT – DailyMail

Premier League 

Mixja fallimentari għal Liverpool, staġun biss wara li ttrijonfew biex rebħu l-Kampjonat l-istaġun li għadda.

Tasal is-SITT TELFA KONSEKUTTIVA f’darhom fil-Kampjonat, goal ta’ Lemina qabel il-mistrieħ ta rebħa deheb lil Fulham f’Anfield bl-iskor ta’ 1-0.

Tliet punti għal Cottagers li tarhom izidu l-pressjoni fuq it-timijiet ta’ fuqhom fil-ġlieda kontra r-relegazzjoni, majnata oħra għal Liverpool fl-aspirazzjonijiet, issa l-Kampjonat ilu mitluf, li tal-anqas jispiċċaw mal-ewwel erbgħa u jerġgħu jikkompetu fil-UEFA Champions League l-istaġun li ġej, dejjem jekk ma’ jirbħux din it-Tazza Ewropeja li huma rebħuha diversi drabi u qiegħdin f’sitwazzjoni vantaġġjuza biex javvanzaw għall-Kwarti Finali wara rebħa 2-0 fl-Ewwel Leg tal-Fazi tas-Sittax barra minn darhom kontra l-Ġermanizi ta’ RB Leipzig.

Is-Sitt telfiet infila fil-kampjonat f’darhom għal Liverpool waslu kontra Burnley (0-1) fil-21 ta’ Jannar, Brighton (0-1) 3 ta’ Frar, Manchester City (1-4), 7 ta’ Frar, Everton (0-2) 20 ta’ Frar, Chelsea (0-1) 4 ta’ Marzu u l-Ħadd 7 ta’ Marzu, 0-1 kontra Fulham.

Mill-bidu tas-sena ‘l hawn anke tilfu ‘away’ 1-0 għand Southampton u aktar riċenti 3-1 għand Leicester City, f’darhom fil-logħba ta’ qabel dawn is-sitt telfiet infila ukoll naqsu li jiskurjaw fi draw ta’ mingħajr goals, 0-0 kontra r-rivali tagħhom Manchester United.

Social Media Auto Publish Powered By : XYZScripts.com