Poloz UCL – Dwell Jikwi Fis-Semi Finali Bejn L-Aqwa Tnejn Skont Ħafna.. Jekk Jgħaddu Mir-Rawnd Li Jmiss

 Poloz UCL – Dwell Jikwi Fis-Semi Finali Bejn L-Aqwa Tnejn Skont Ħafna.. Jekk Jgħaddu Mir-Rawnd Li Jmiss

Poloz tal-Kwarti Finali u SemiFinali tal-UEFA Champions League, biż-żewġ timijiet li skont ħafna huma l-aħjar dan l-istaġun u favoriti għat-titlu, ċ-Ċampjiins renjanti Bayern Munich u Manchester City se jeliminaw lil xulxin fis-SemiFinali hekk kif ġew kontra xulxin fil-fażi tal-aħħar erbgħa, dejjem jekk jikkwalifikaw mil-logħbiet tagħhom fil-Kwarti Finali, li huma skedati għal wara l-waqfa li ġejja fil-jiem li ġejjin għal-logħbiet internazzjonali.

Fażi tal-aħħar tmienja tal-UEFA Champions League madankollu iebsa għat-tnejn li huma wara l-poloz f’Nyon il-ġimgħa wara nofsinhar.

M’għandhiex xi ngħidu hawnhekk qed nitkellmu dwar l-aħjar tmien timijiet fl-Ewropa, bl-Ingliżi Manchester City jiltaqgħu kontra Borussia Dortmund, il-holders Bayern kontra Paris St. Germain.

Iż-żewġ KwartiFinali l-oħra jaraw lil Porto jilgħabu kontra Chelsea u konfront ieħor klassiku jlaqqa żewġ ex Ċampjins fid-dwell bejn Zinedine Zidane u Jurgen Klopp, jew Real Madrid kontra Liverpool.

Fis-semifinali, Bayern jew Paris jiltaqgħu kontra r-rebbieħ bejn Manchester City u Dortmund, Real jew Liverpool kontra Porto jew Chelsea, għalhekk possibilta ta’ preċedent u dwell Ingliż bejn Liverpool u Chelsea fis-semifinali ta’ din il-kompetizzjoni prestiġġjuża, xi ħaġa li diġa ġrat fil-passat.

L-ewwel legs tal-Kwarti Finali tal-UEFA Champions League jintlgħabu nhar it-Tlieta 6 u l-Erbgħa 7 t’April, ġimgħa wara l-logħbiet ta’ ritorn, it-Tlieta 13 u l-Erbgħa, 14 t’April.

Dawn huma d-dati tal-erba’ logħbiet mis-semifinali f’din l-istess kompetizzjoni – 27/28 t’April l-ewwel legs, b’dawk ta’ ritorn ġimgħa wara – 4/5 ta’ Mejju.

Poloz ukoll il-ġimgħa tal-Kwarti u s-SemiFinali tal-UEFA Europa League.

Fil-Kwarti tal-Finali, l-Ispanjoli ta’ Granada kontra l-qawwa ta’ Manchester United, Arsenal ma’ Slavia Praga, Ajax jiltaqgħu kontra Roma u Dinamo Zagreb kontra Villarreal.

Europa League semi-final draw :- 

Granada (ESP) / Manchester United (ENG) vs Ajax (NED) / Roma (ITA)

Dinamo Zagreb (CRO) / Villarreal (ESP) vs Arsenal (ENG) / Slavia Praha (CZE)

Il-logħbiet mill-KwartiFinali tal-UEFA Europa League jintlgħabu l-Ħamis 8 t’April, il-logħbiet ta’ ritorn, seba’ t’ijiem wara.

Is-SemiFinali tal-UEFA Europa League huma skedati li jintlgħabu nhar id-29 t’April (l-ewwel legs) u dawk ta’ ritorn, fis-6 ta’ Mejju li ġej.

Social Media Auto Publish Powered By : XYZScripts.com