Possibbilment Ta’ Ragħad U Silġ…

It-temp illum isir ftit jew wisq imsaħħab kultant bi ftit xita iżolata għall-ewwel u b’ħalbiet tax-xita possibilment bir-ragħad u bis-silġ (‘hail’) matul il-lejl li ġej. Pjuttost kiesaħ..
[: 75% |
: 35% |
: 40% |
: 80% |
: 20%]
Ir-riħ ftit qawwi għal qawwi (F5-6) mill-Punent Majjistru (WNW).
Buffuri viċin xi maltemp..
Il-baħar qawwi b’imbatt baxx u mħawwad.
L-ogħla temperatura llum: 14°C; l-inqas illejla: 8°C.
Tinħass: 13°C | 4°C
Indiċi UV: 4
Ritratt mill-isbaħ miġbud ilbieraħ mill-Wardija fil-limiti ta’ San Pawl il-Baħar, grazzi għal Mark Mallia