Premier League – Man City Pass Ieħor Lejn Ir-Rebħ tal-Kampjonat.. Mistenni Llum Id-‘derby’ Bejn Arsenal u Tottenham

 Premier League – Man City Pass Ieħor Lejn Ir-Rebħ tal-Kampjonat.. Mistenni Llum Id-‘derby’ Bejn Arsenal u Tottenham

RITRATT – Daily Mail

Premier League fl-Ingilterra

Manchester City aktar viċin ir-rebħ tal-Kampjonat Ingliż wara rebħa komda 3-0 f’Londra għand Fulham is-Sibt filgħaxija.

Goals kollha fit-tieni taqsima għall-leaders skurjati minn John Stones, Gabriel Jesus U L-EWWEL GOAL F’ERBATAX-IL XAHAR għall-attakant Arġentin Sergio Aguero.

Erba’ rebħiet oħra fil-Kampjonat jistgħu ikunu biżżejjed għat-tim tal-manager Pep Guardiola biex jirritornaw Champions.

Rebħa sorpriża għal Burnley 2-1 għand Everton, vantaġġ doppju kmieni għal Clarets b’goals minn Chris Wood u Dwight McNeil, goal ta’ konsolazzjoni għat-Toffees b’daqqa ta’ ras minn Dominic Calvert-Lewin.

Goal minn penalty fl-ewwel taqsima tas-Serb Luka Milivojevic biżżejjed għal Crystal Palace biex taw majnata oħra lil West Brom fil-ġlieda kontra r-relegazzjoni, b’dawn it-tliet punti f’din ir-rebħa f’darhom 1-0, Palace kważi salvi.

L-ebda goal f’partita kwieta f’Elland Road 0-0 bejn Leeds United u Chelsea, draw ukoll 1-1 il-ġimgħa bejn Newcastle United u Aston Villa.

Il-Ħadd erba’ partiti oħra, fis-siegħa Southampton jilqgħu lil Brighton, warajha Leicester City jospitaw lil Sheffield United, li għadhom kemm temmew ir-relazzjoni wara ħames snin mal-manager Chris Wilder, biex minfloku sal-aħħar tal-istaġun diġa nħatar Paul Heckingbottom.

Fil-5.30pm, id-‘derby’ tant mistenni bħal dejjem tan-naħa ta’ fuq ta’ Londra bejn Arsenal u Tottenham, attwalment Spurs seba’ punti fuq ir-rivali tagħhom biż-żewġ naħat fil-bżonn tal-punti għall-postijiet fl-Ewropa.

Dwell ieħor mistenni llejla fit-8.15pm, f’Old Trafford, Manchester United jilqgħu tim ieħor li qed ikollu kampjonat stupend, West Ham United tal-ex manager tar-Red Devils, l-iSkoċċiż David Moyes.

Il-programm tal-Premier League għal dan tmiem il-ġimgħa jagħlaq għada t-tnejn bid-dwell fid-9pm f’Molineux, bejn Wolverhampton Wanderers u ċ-Champions renjanti, Liverpool.

Social Media Auto Publish Powered By : XYZScripts.com